Mark A. Sammut
Mark A. Sammut (twieled fit-2 ta' Ottubru 1973) huwa kittieb Malti. Ħajja bikrijaBin il-kittieb Frans Sammut u Catherine née Cachia, Mark A. Sammut twieled fl-1973 f'Malta. Studja fl-Iskola Santa Monika, fil-Kulleġġ Stella Maris, fil-Liċeo Vassalli, u fil-Liċeo GF Abela. Kompla jistudja fl-Università ta' Malta (liġi u traduzzjoni) u f'dik ta' Londra – fil-University College (storja tad-dritt u teorija tad-dritt) u fil-London School of Economics (management u soċjoloġija storika) – u fl-Università ta' Oxford (studji storiċi). Attività politika u ċivikaSammut kien kunsillier lokali f'Ħaż-Żebbuġ (1993–1996),[1] Membru tal-Bord tal-Koperattivi (1997–1998), Segretarju tal-Kunsill Notarili (2000–2003), Konslu Onorarju tal-Latvja (2001–2006),[2] u President tal-Għaqda tal-Malti fl-Università (2007–2009). Sammut kien politikament attiv bejn l-1993 u l-2003; mill-1996 'il quddiem fi ħdan il-Partit Laburista. Kellu rwol prominenti fil-kampanja elettorali tal-2003. Fl-2005, kien ġie akkużat mill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li kien tela' b'arma tan-nar fuq ajruplan. Sammut kien fetaħ libell kontra Caruana Galizia u din tal-aħħar ġiet immultata Lm500 billi, fi kliem il-Qorti, "ma jirrizultax li kellu l-intenzjoni speċifika li jagħmel dak lilu attribwit mill-artikolista konvenuta".[3] Fl-2016, telaq mill-Partit Laburista u ssieħeb fil-Partit Nazzjonalista. Fit-3 ta' Novembru tal-2016, Sammut ħareġ ktieb, jismu L-Aqwa fl-Ewropa. Il-Panama Papers u l-Poter li fih ikkritika l-politiki neoliberali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u d-difiża li ta lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri fl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama.[4] Fl-2021, bħala parti mill-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Sammut saħaq li Joseph Muscat kien qabbad lil missieru, Frans Sammut, biex jiftaħ blogg li jpinġi f'dawl ikrah lil Caruana Galizia.[5] Hu hu membru tar-Royal Historical Society, tal-European Society for Comparative Legal History, tal-Malta Historical Society u tas-Society for Advanced Legal Studies. Kienu hu li skopra li Mikiel Anton Vassalli ma kienx miżżewweġ.[6] PubblikazzjonijietKotba
Pubblikazzjonijiet oħrajnIt-traduzzjoni li għamel Sammut tan-novella ta' Ġużè Bonnici La Pazza kienet imfaħħra mill-Professur Charles Briffa fil-ktieb tiegħu Il-Letteratura Maltija: L-Istorja tan-Narrattiva (Malta University Press, 2008). Sammut kiteb dwar il-Codice Municipale di Malta u temi oħrajn marbutin mal-Istorja u t-Teorija tad-Dritt. Jikteb regolarment f'The Malta Independent on Sunday, f'In-Nazzjon, u f'il-mument. Jippreżenta l-programm ta' "taħdit u tiftix" Barrakuda fuq U-TV. Referenzi
|