Serie A
Serie A jew Serie A TIM, hija kompetizzjoni professjonali tal-klabbs tal-futbol li jinsabu fil-quċċata tas-Sistema tal-Kampjonat tal-Futbol Taljan u ilha topera għal aktar minn 80 sena mill-istaġun 1929-30. Hija kienet ġiet organizzata minn Lega Calcio sal-2010 ,imma kampjonat ġdid, il-Lega Serie A, kienet maħluqa għall-istaġun 2010-11. Is-Serie A hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa kampjonati tal-futbol fid-dinja. Is-Serie A kienet ikkunsidrata l-aqwa kampjonat fid-dinja fis-snin 90, sa nofs is-sena 2000.[1]Is-Serie A pproduċiet l-ogħla numru ta' finalisti tal-European Cup: il-Klabbs Taljani laħqu l-finali tal-kompetizzjoni fuq 26 rekord fuq okkażjonijiet differenti,u rebħu t-titolu tnax-il darba.[2] Is-Serie A hija kklassifika r-4 fost il-kampjonati Ewropej skond il-UEFA's league coefficient wara l-Premier League Ingliża , La Liga Spanjola u l-Bundesliga Ġermaniża, li hija bbażata fuq il-prestazzjoni tal-klabbs Taljani fiċ-Champions League u l-Europa League.[3] Hija wkoll kklassifikata il-5 fid-dinja skond l-ewwel tendenzi tar-rata tal-IFFHS.[4] Fil-format attwali tagħha, l-Italian Football Championship ġiet riveduta minn wara rawnds reġjonali u interreġjonali, għal kampjonat b'rawnd wieħed mill-istaġun 1929–30 'il quddiem. It-titoli kampjonat li ntrebħu qabel l-1929 huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-FIGC bħala l-istess kampjonat b'mod dawk minn dakinhar. Fl-istaġun 1945–46, meta l-kampjonat ntlagħab fuq żewġ gruppi ġeografiċi minħabba il-WWII, mhux statistikament meqjus, anki jekk it-titolu huwa kompletament uffiċjali.[5] Il-kampjonat jospita l-aktar 3 klabbs famużi fid-dinja li huma Juventus Football Club, Milan u l-Internazionale, kollha membri fundaturi tal-G-14, grupp li jirrappreżenta l-akbar klabbs prestiġjużi tal-futbol Ewropej; is-Serie A kienet l-unika kampjonat li pproduċiet tliet membri fundaturi.[6] L-aktar plejers li rebħu l-unur tal-Ballon d'Or waqt li jilagħbu fi klabb tas-Serie A minn kwalunkwe kampjonat ieħor fid-dinja.[7] Milan huwa wieħed mill-aktar żewġ klabbs li għandhu titoli internazzjonali uffiċjali fid-dinja.[8] Juventus, l-aktar klabb ta 'suċċess fl-Italja tas-seklu 20 [9] u l-aktar tim taljan suċċessiv,[10] huwa marbut ir-raba fl-Ewropa u 8 fid-dinja fl-istess grad. Il-klabb huwa l-uniku wieħed fid-dinja li rebaħ l-uffiċjal tal-kompetizzjonijiet kontinentali u titlu dinji.[11][12][13] L-Internazionale, wara kisbiet tagħhom fil-istaġun 2009–10, li sar l-ewwel tim Taljan li kiseb it-tripletta.[14] StorjaIs-Serie A, kif hija strutturata illum, bdiet fl-1929. Mill-1898 sal-1922, il-kompetizzjoni kienet organizzata fi gruppi reġjonali. Minħabba li timijiet fil-kampjonati reġjonali bdew jikbru dejjem, il-FIGC qasmet il-CCI (Konfederazzjoni tal-Futbol Taljan) fl-1921. Fl-1926, minħabba l-kriżijiet interni tal-FIGC bidlu l-issettjar interni fit-timijiet tan-nofsinhar għad-diviżjonijiet nazzjonali li waslu għal ftehim finali tal-1929/1930. L-ebda titolu ngħata fl-1927 wara li Torino kienu barra mill-kampjonat tal-Federazzjoni tal-Futbol Taljan (FIGC). Torino kienu ddikjarati ċampjins fl-istaġun 1948-49 meta ġara l-kraxx ta' ajruplan qrib it-tmiem tal-istaġun li fih it-tim kollu miet. Il-kampjonat tas-Serie A huwa spiss imsejjaħ bħala l-iscudetto (tarka żgħira) minħabba li l-istaġun 1924-25 it-tim rebbieħ kellhom kowt żgħira ta' armi bil-bandiera taljana fuq il-flokk. L-aktar tim taljan suċċessiv huwa Juventus Football Club bi 33 titlu, u warajhom hemm Milan (18), Internazionale (18), u Genoa (9). Mill-istaġun 2004–05 'il quddiem it-trofew reali ngħata lill-klabb fil-grawnd wara l-aħħar dawra tal-kampjonat. It-trofew, imsejjaħ Coppa Campioni d'Italia, sar uffiċjali mill-istaġun 1960-61, imma bejn l-1961 u l-2004 kien ikkunsinnat lill-klabbs rebbieħa fl-uffiċċju prinċipali tal-Lega Nazionale Professionisti. Fit-30 t'April 2009, is-Serie A kienet maqsuma mas-Serie B. 19 minn 20 klabb ivvota favur il-moviment fl-argument fuq id-drittijiet tat-televiżjoni. It-tim tar-relegazzjoni Lecce ivvuta kontra. Maurizio Beretta, l-eks kap tal-assoċjazzjoni prinċipali tal-Italja, kien il-president tal-kampjonat ġdid.[15][16][17][18] Ċampjins
Klabbs tas-Serie AQabel l-1929, ħafna klabbs ikkompetew fl-ogħla livell tal-futbol Taljan bħala r-rawnds preċedenti kienu kkompetew sa 1922 fuq bażi reġjonali imbagħad interreġjonali sa 1929. Hawn taħt hawn lista ta' klabbs tas-Serie A li kienu kkompetew fil-kompetizzjoni meta ġie format l-kampjonat (62 b'kollox). Staġuni tas-Serie A
It-timijiet bil-bold jikkompetu fis-Serie A bħalissa. Internazionale huwa l-uniku tim li minn dejjem jilgħab fis-Serie A. Referenzi
|